L-Iżrael ħabbar li qed jirtira t-truppi kollha tiegħu għal żoni barra mill-Medda ta’ Gaza. Dan tħabbar wara li taħditiet ta’ medjazzjoni mmexxija mill-Eġittu wasslu għal qbil bejn l-Iżrael u l-Ħamas fuq 72 siegħa ta’ waqfien mill-ġlied. Dan il-ftehim daħal fis-seħħ fit-8am tal-lum, bis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon jappella biex issa jkomplu t-taħditiet bejn iż-żewġ naħat fil-Kajr.
Madankollu, ftit minuti qabel daħal fis-seħħ, f’Tel Aviv u Ġerusalemm instemgħu s-sireni, hekk kif il-militanti Palestinjani sparaw baraxx ta’ rockets lejn iċ-ċentru tal-Iżrael. Min-naħa tiegħu, l-Iżrael qal li rnexxielu jilħaq il-mira tal-offensiva, jiġifieri li jeqred il-mini li kienu jużaw il-militanti Palestinjani biex jinfiltraw fl-Iżrael.
Skont l-awtoritajiiet tas-saħħa f’Gaża, f’dawn l-erba’ ġimgħat s’issa nqatlu 1,800 Palestinjan u madwar 70 Iżraeljan.
//= $special ?>

