Lokali

Ikomplu l-investigazzjonijiet wara s-sejba ta’ aktar minn 400 għasfur protett

Wara s-sejba ta’ aktar minn erba’ mitt għasfur protett ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nhar it-23 ta’ Lulju 2014, l-investigazzjonijiet dwar il-każ komplew din il-ġimgħa mill-Pulizija kif ukoll minn uffiċjali tal-MEPA ġewwa residenza fl-Imġarr.

Waqt l-istħarriġ ġew spezzjonati aktar minn ħames mija u ħamsa u sebgħin għasfur fejn mitejn u erbgħin minnhom irriżultaw li huma protetti u kontra l-liġi li jiġu impurtati. L-għasafar ġew maqbuda għal aktar investigazzjonijiet.