Il-Bank Dinji alloka s-somma ta’ mitejn miljun dollaru Amerikan għall-ġlieda kontra l-Ebola. Flus li se jservu bħala għajnuna għall-pajjiżi fejn qed tinfirex l-epidemija li qed tolqot il-punent tal-Afrika – fi kliem ieħor il-Guinea, il-Liberja u Sierra Leone. Il-vittmi tal-Ebola f’dawn it-tliet pajjiżi issa telgħu għal kważi 900.
Dan hekk kif 50 mexxej ta’ diversi pajjiżi Afrikani qed jiltaqgħu f’Washington għal summit bejn l-Istati Uniti u l-Afrika, li mistenni jkun dominat minn dan is-suġġett. Summit li għalih pero’ mhux qed jattendu l-Presidenti tat-tliet pajjiżi milquta.
//= $special ?>

