Bħas-soltu, il-Partit Laburista ħareġ jgħajjar lil min jikkritikah u saħansitra qed jipprova jgħawweġ kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-iSmart Cards.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma qalx dak li qed jallega l-PL, iżda li l-Gvern qed jipprova jiġbor ġieħu wara li kkawża dewmien għall-ħruġ tar-riżultati tal-eżamijiet tal-istudenti tal-Università u l-Junior College.
Bħas-soltu, l-PL qed jiprova jitfa’ l-ħażin tiegħu fuq ħaddieħor. Il-fjask fid-dewmien tal-ħruġ tar-riżultati tal-istudenti l-Gvern Laburista għamlu u ħadd aktar, temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>

