Libjan ta’ 33 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li t-Tnejn li għadda, għall-ħabta tal-4am, wara li nqabad bi ftit kannabis fuqu, telaq jiġri u qabeż il-baħar. Munir Mohammed Ali Gammudi, imwieled Tripli, daħal il-Qorti fuq siġġu tar-roti jbati minn problemi f’saqajh wara li weġġa’ hekk kif qabeż il-baħar. Waqt l-interrogazzjoni, il-Libjan qal li qabeż il-baħar għax beża’ mill-Pulizija.
Gammudi ġie mixli li kellu fil-pusses tiegħu l-pjanta kannabis, li nstabet f’ċirkostanzi mhux għal użu personali tiegħu. Kien mixli wkoll li kkommetta reati f’distanza ta’ 100m mill-parametru ta’ skola, klabb jew post fejn normalment jiltaqgħu ż-żagħażgħ.
Kien mixli wkoll li m’obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija u li kien fis-sakra waqt li kkommetta r-reat. Il-Libjan ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €600 u garanzija personali ta’ €5,000, kif ukoll li jrid jiffirma l-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan tliet darbiet fil-ġimgħa bejn it-8am u t-8pm.
Għalih deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Christopher Chrircop.
//= $special ?>

