Fiċ-Ċina skwadri tat-tiftix u s-salvataġġ ukoll għadhom għaddejjin b’ħidma ma taqta’ xejn biex jinstabu aktar vittmi tat-terremot qawwi li laqat il-provinċja ta’ Yunnan jumejn ilu.
Theżżiża li kejlet qawwa ta’ 6.1 fuq l-iskala Richter, u li s’issa ħalliet aktar minn 400 ruħ mejta, qerdet mat-tmenin elf residenza, u kkawzat danni kbar f’aktar minn 120 elf dar oħra. Ħafna mill-familji li għandhom qraba mitlufa issa tilfu kull tama li dawn jinstabu ħajjin.
//= $special ?>

