Il-kumpanija Virtu Ferries ħabbret li se tagħti bidu għal servizz kummerċjali bil-baħar bejn Malta u l-Libja.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li se tkun qed tipprovdi servizz bejn il-Port il-Kbir u l-Port ta’ Tripli, bl-ewwel vjaġġ skedat li jsir it-Tlieta li ġej. Il-Katamaran se jitlaq minn Malta lejn il-kapitali Libjana fis-1am u jirritorna Malta minn Tripli f’12pm tal-istess jum.
Min jixtieq aktar informazzjoni jew hu nteressat f’dan is-servizz, jista’ jikkuntattja lil Virtu Ferries fuq 22069022 jew 23491000.
//= $special ?>