Żagħżugħ Somalu ta’ 26 sena residenti Birżebbuġa jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li lbieraħ tard filgħaxija kien involut f’argument qrib iċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far. Jirriżulta li l-argument seħħ għall-ħabta tal-11.30pm, meta s-Somalu kien involut fl-argument u ntlaqat minn arma li taqta’ u bil-ponta.
Fil-post issejħu membri mill-Korp tal-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Hu ttieħed l-Isptar, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-għassa, li ħatar diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>

