Raġel ta’ 47 sena mill-Ħamrun ġie kkundannat 38 xahar ħabs mill-Maġistrat Aaron Bugeja wara li ammetta li kważi xahar ilu fil-ħin ta’ wara nofs inhar seraq diversi oġġetti minn appartament f’Ħal-Lija.
Alex Cardona ammetta li għall-ħabta tas-2.30 p.m. mill-appartament ta’ Omar Simon N’Shea huwa seraq fost affarijiet oħra notebook laptop, ġiżirana bil-pendent, żewġ pari msielet u numru ta’ pari ta’ cufflings.
Cardona mhux biss ammetta s-serqiet li wettaq imma wkoll li għamel ħsara fl-istess appartament fejn joqgħod il-vittma kif ukoll li kiser diversi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati.
Il-Qorti ħadet inkunsiderazzjoni tal-ammissjoni bikrija ta’ Cardona kif ukoll il-kondotta xejn nadifa tiegħu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Carlos Cordina u Luke Bonello.
//= $special ?>

