Id-difensur ta’ 24 sena ta’ Birkirkara Andrew Scicluna se jkun qed iqatta’ l-istaġun li ġej ma’ Naxxar Lions.
Scicluna, li hu meqjus minn Birkirkara bħala wieħed mill-aqwa difensuri li pproduċiet l-akkademja tal-klabb, kien iddebutta ma’ Birkirkara fit-2 ta’ Lulju 2009 f’logħba mill-Europa League kontra Slaven Belupo FC. Hu kien lagħab ukoll fil-logħba ta’ ritorn ġimgħa wara.
Fl-istaġun 2009/10, fl-eta’ ta’ 19-il sena, Scicluna stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa żgħażagħ tal-klabb u lagħat tmien logħbiet fil-Kampjonat Premier.
Hu qatta’ l-istaġun 2010/11 b’self ma’ Mqabba F.C. fejn kien parti ntegrali mill-iskwadra li kisbet promozzjoni għall-Kampjonat Premier.
//= $special ?>

