Lokali

Balzan jakkwistaw lil Osa Goubadia

Wara li Balzan akkwistaw lill-attakkant Taljan Gianmarco Piccioni mingħand Mosta, issa ħabbru wkoll l-akkwistaw tal-midfielder Niġerjan ta’ 27 sena, Osa Guobadia magħruf aħjar bħala ‘Ice Cream’.

Dan il-plejer kien qed jilgħab l-aħħar fl-Iżrael ma’ Beitar Jerusalem iżda lagħab ukoll fl-ogħla diviżjoni Awstrijakka u tal-Maċedonja. Fil-passat hu lagħab mat-tim nazzjonali ta’ taħt l-20 sena tan-Niġerja.