Il-winger ta’ 19-il sena ta’ Hibernians Brandon Muscat se jqatta’ l-istaġun li ġej b’self ma’ St. George’s.
Minkejja l-eta’ żgħira tiegħu, Muscat diġa’ ddebutta kemm fil-Kampjonat Premier kif ukoll riċentament fl-Europa League fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni kontra Spartak Trnava.
Intant it-tim tal-Ewwel Diviżjoni laħaq ftehim ukoll għas-self ta’ plejer ieħor ta’ Hibernians, din id-darba l-goalkeeper 25 sena Thomas Galea.
B’hekk din hi konferma għal Galea li diġa’ lagħab ma’ St. George’s fl-aħħar staġuni.
//= $special ?>

