Carer ta’ nazzjonalita’ Indoneżjana kienet sfurzata tiekol mgħarfa melħ għaliex l-ikel li sajjret lil dawk li kien ingaġġawha magħhom, kienet mielaħ ħafna. Sadanittat din il-fattiga kienet mħallsa €6 għal sena xogħol li kienet tagħmel fid-dar ta’ koppja.
Allegatament l-akkużat li huwa miżżewweġ impjega lil Oriance Kelin biex tieħu ħsieb lil missieru li huwa anzjan, iżda din spiċċat skjava.
Ispettur Sylvana Briffa saħaq li l-akkużat Harish Daswani ta’ 38 sena, imwieled San Ġiljan iżda ta’ oriġini Indjana, darba minnhom sawwat lill-vittma Oriance Kelin billi sabtilha rasha mal-ħajt.
Daswani li qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih qed jiġi mixli bi traffika ta’ persuni bl-intenzjoni li jesplojta lill-mara billi jitratta ħażin u li kiser il-liġijiet tax-xogħol. L-Ispettur Briffa xehdet li l-vittma qalet lill-Pulizija li min iħaddimha kien jirrifjuta jħalliha toħroġ mid-dar u kien jagħmel għaġeb sħiħ meta din kien jirnexxielha toħroġ.
L-Ispettur Briffa qalet li l-akkużat ammetta li qatt ma kien ta salarju lil Kelin, iżda qal li huwa kien bagħat aktar minn 2,000 Dollaru Singaporjan, li jiġu madwar €1,200, permezz tal-“Western Union” u dan biex iħallas it-titjiriet tagħha u biex jagħmel tajjeb għal xi self li kienet għamlet.
Daswani qal li ma kienx ħallasha minħabba li kienet tagħtu d-dettalji tal-bank biex jiddepożita l-paga tagħha peress li hi qatt ma riedet flus kontanti. Qal ukoll li x-xogħol ta’ Kelin ma kienx jogħġbu u li ġieli għajjat magħha, imma qatt ma refa’ jdejh fuqha.
L-Ispettur Briffa qalet li l-mara ta’ Daswani anke allegat li f’okkażjoni minnhom Kelin anke kienet tagħat mediċina ħażina lil missier żewġha. Membru tax-xhieda ta’ Jehovaha, Anita Kobacs qalet fil-Qorti li hija taf lill-Carer permez tax-xogħol volontarju li tagħmel u darba anke ftehmet magħha biex jiltaqgħu fi ġnien pubbliku.
Din qalet li meta hi u żewġha kienu waslu fuq il-post, sabu lil Kelin titkellem ma’ mara, u li wara skoprew li din kienet l-avukat tagħha. Meta l-avukat telqet, Kelin kienet qaltilhom minn xhiex kienet għaqddejja.
//= $special ?>

