Lokali

Charles Stroud tkellem dwar l-attivitajiet differenti

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza diversi attivitajiet li jfakkru l-ħamsin sena mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta.

Għal dan l-anniversarju specjali li pajjżna qed jiċċelebra din is-sena, il-Partit Nazzjonalista waqqaf kumitat biex ifassal programm u jorganizza l-attivitajiet li se jibqgħu għaddejjin sal-aħħar tas-sena. Il-kumitat huwa mmexxi minn Charles Stroud li f’intervista ma’ dan l-istazzjon tkellem dwar is-sinjifikat tal-indipendenza.

Hu tkellem dwar l-attivitajiet differenti li se jkunu organizzati fix-xhur li ġejjin fosthom il-messaġġ ta’ fiduċja u kuraġġ fina nfusna bħala nazzjon li joħroġ ukoll permezz ta’ musical li se jkun organizzat bejn is-17 u d-19 ta’ Ottubru.

Charles Stroud tkellem ukoll dwar ir-relazzjoni bejn it-teatru u l-politika.