Raġel ta’ 32 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ sentejn wara li ammetta li kkaġuna feriti ħfief fuq infermier u anke fuq uffiċjal tas-sigurtà fl-isptar Mater Dei. Il-każ seħħ fit-8 ta’ Mejju tas-sena l-oħra.
Johan Sultana minn Santa Venera kien mar l-isptar u beda jilmenta minn uġigħ qawwi fil-parti ġenitali tiegħu, fejn irriżulta li kellu infjamazzjoni. Wara xi ħin għal xi raġuni huwa kellu xi jgħid mal-infermier Andrew Grech, li spiċċa ferut ħafif.
L-uffiċjal tas-sigurtà Richard Seguna li ntervjena ftit tal-ħin wara spiċċa wkoll ferut fejn sofra minn xi brix hekk kif ipprova jżomm lil Sultana. Huwa ammetta 14-il akkuża li tagħhom kien akkużat fosthom li kiser il-kwiet u l-paċi pubblika b’għajjat u ġlied u li qal kliem oxxen fil-pubbliku li jikkonsisti f’dagħa.
Il-każ instema mill-Maġistrat Josette Demicoli bil-Prosekuzzjoni titmexxa mill-Ispettur Jason Francis Sultana. Il-Qorti qieset il-fatt li kemm l-infermier kif ukoll l-uffiċjal tas-sigurta’ ħafru lil Sultana.
//= $special ?>
