Għada tintlagħab it-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Europa League u Hull City se jkunu qed jippruvaw jevitaw eliminazzjoni birkija kontra Trencin tas-Slovakkja. Fid-debutt tagħhom f’din il-kompetizzjoni, Hull ħadu draw ta’ 0-0 barra minn darhom u minkejja li ma tilfux dan hu riżultat riskjuż għax jekk jaqilgħu gowl jaf ikun diffiċli għalihom biex iwettqu rimonta u jikkwalifikaw.
Tajjeb wieħed jgħid, li kif ġew l-affarijiet fl-ewwel leg, jekk Hull ikunu eliminati, ħafna mit-tort ikun tagħhom għax dawn setgħu rebħu barra minn darhom imma Tom Huddlestone ra l-penalty tiegħu jkun salvat. Minkejja dan ir-riżultat it-tim ta’ Steve Bruce xorta jibda bħala favorit li għadda għall-fażi li jmiss u jingħaqdu ma’ timijiet bħal ma huma Inter, Tottenham u Villarreal.
Intant, ħafna mit-timijiet kbar li kienu fl-azzjoni ġimgħa ilu se jkunu qed jiddefendu vantaġġ li bnew fl-ewwel leg. Torino għamlu ritorn fl-Ewropa wara nuqqas ta’ 20 sena meta għelbu lil Brommapojkarna tal-Iżvezja bi skor ta’ 3-0. Kemm Torino kif ukoll Brommapojkarna spiċċaw jilagħbu b’10. Bla dubju, b’dan ir-riżultat it-tim ta’ Ventura għandu sieq fil-fażi li jmiss. Tim ieħor li jekk ikun attent m’għandux jonqos milli jikkwalifika hu dak ta’ Lyon. Dawn rebħu 4-1 fl-ewwel leg kontra Mlada Boleslav fi Franza filwaqt li Real Sociedad se jibdew b’vantaġġ ta’ żewġ gowls kontra Aberdeen tal-Iskozja.
Minkejja telfa ta’ 1-0 kontra Mainz, il-Griegi Asteras Tripolis jittamaw li l-fatt li se jilagħbu quddiem il-pubbliku tagħhom stess jgħinhom biex iwettqu rimonta. PSV, champions ta’ din il-kompetizzjoni fl-1978 rebħu 1-0 kontra St Polten fl-ewwel leg u fl-Awstrija dawn mhux mistennija jfallu.
Chikhura u Neftci spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls u l-grawnd ta’ Chikhura mhux se jkun mimli kollu minħabba li l-UEFA għalqet parti minnu wara inċidenti razzisti fl-ewwel leg.
Żewġ timijiet li staġun ilu lagħbu fil-fażi tal-gruppi ta’ din il-kompetizzjoni, din is-sena għandhom biċċa xogħol iebsa biex jerġgħu jkunu fil-gruppi. Dan għaliex Chornomorets tilfu l-ewwel leg 2-0 kontra Split filwaqt li Zulte Waregem tilfu 5-2 kontra Shakhtyor.
Krasnodar, Omonia Nicosia, Astra, Elfsborg, Brugge u Rijeka kollha huma kważi ċerti mill-kwalifikazzjoni wara li kisbu rebħiet kbar fil-ġimgħa li għaddiet.
Il-Programm
Għada
E. Aradippou v Y. Boys (0-1)
Chornomorets O v RNK Split (0-2)
Esbjerg v Ruch Chorzow (0-0)
Krasnodar v Diosgyor (5-1)
Liberec v A. Giurgiu (0-3)
Molde v Zorya (1-1)
AIK v Astana (1-1)
Chikhura v FK Neftchi (0-0)
Ironi KS v D. Moscow (1-1)
L. Poznan v Stjarnan (0-1)
Rosenborg v Karabukspor (0-0)
St. Polten v PSV (0-1)
S. Soligorsk v Zulte-Waregem (5-2)
Cluj v D. Minsk (0-1)
H. Split v Shakhter Karagandy (2-4)
Trnava v St.Johnstone (2-1)
Atromitos v Sarajevo (2-1)
Brondby v C. Brugge (0-3)
V. Plzen v P. Ploiesti (1-1)
A. Tripolis v Mainz 05 (0-1)
Hafnarfjordur v Elfsborg (1-4)
Hull City v Trencin (0-0)
Lyon v M Boleslav (4-1)
Torino v Brommapojkarna (3-0)
Aberdeen v R. Sociedad (0-2)
M. Skopje v Omonia Nicosia (0-3)
Rio Ave v Gothenburg (1-0)
Zimbru v Groedig (2-1)
Rijeka v Vikingur (5-1)


