L-istejjer li żvela dan is-sit fl-aħħar jiem qed iqajmu dejjem iktar għarfien fost ir-residenti, speċjalment dawk ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan li ta’ kuljum qed jgħaddulna iktar ritratti ta’ taħżiż mal-faċċata tar-residenzi tagħhom kif ukoll l-esperjenzi li għaddew minnhom.
Allegatament dawn huma messaġġi użati internazzjonalment mill-kriminali biex jagħtu l-assalt għall-propjeta’ ppjanata minn qabel.
Fl-aħħar jiem daħlulna wkoll rapporti minn persuni li qalu li raw il-vann aħdar li deher aktar kmieni din il-ġimgħa f’San Ġiljan u li fih kien hemm żewġ persuni ta’ nazzjonalita barranija. Peruna li tkelmet mas-sit tal-Maltarightnow.com saħqet li rat vann aħdar, probabilment l-istess vettura bħal dik f’San Ġiljan, quddiem id-dar tagħha f’Ħal-Lija. Meta l-irġiel raw lill-mara rieqsa viċin, huma waqfu jħarsu lejn il-propjeta tagħha waqt li taparsi bdew jirranġaw xi ħaga fuq wara tal-van. Dan filwaqt li komplew josservawha sakemm daħlet ġewwa.
Peruna oħra qalet li quddiem il-bieb tad-dar sabet żewġ barranin, iħarsu lejn il-bieb tagħha waqt li bdew jiktbu xi ħaġa fuq il-mowbajl. Hekk kif rawha rieqsa lejhom telqu jiġru minn fuq il-post.
Sadanittant familja oħra sabet dan it-taħżiż fi Swieqi mal-intercom tad-dar.
Ftit mis-simboli li allegament jintużaw mill-ħallelin biex jimmarkaw id-djar, skont min ikun jgħix fihom jew inkella jekk ikollhomx ċerta valur u għal liema raġuni.
//= $special ?>



