Internazzjonali

Il-kaptan tal-Costa Concordia jagħti l-lectures fl-università

Hemm għadab kbir fl-Italja wara li sar magħruf li l-kaptan tal-Costa Concordia, Francesco Schettino, kien mistieden imur jitkellem f’lecture fl-Università La Sapienza.

Vincenzo Mastronardi, li jmexxi d-dipartiment tal-kriminoloġija fl-università, qal li d-diskors kien qasir ħafna u li hu għamel dan barra mill-bini tal-università.