Ir-referee Ingliż Howard Webb irtira mix-xena internazzjonali wara karriera ta’ 25 sena. Matul din il-karriera mill-aqwa li kellu hu ikkontrolla madwar 500 partita tal-Premier League u fost partiti importanti li ikkontrolla, ikkontrolla l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2010 fl-Afrika t’Isfel.
Webb, li għandu 43 sena beda l-karriera tiegħu fl-1989 u issa se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Tekniku tal-Assoċjazzjoni tar-Referees. Din is-sena Webb ikkontrolla wkoll partiti mit-Tazza tad-Dinja li saret fil-Brażil.
//= $special ?>

