Bħala parti mill-investigazzjonijiet li qed isiru dwar kuntrabandu ta’ għasafar protetti mejta li nqabad ix-xahar li għadda, fil-jumejn li għaddew Uffiċjali tal-iSpecial Enforcement Branch u mil-Administrative Law Enforcement wettqu l-akbar qabda ta’ kuntrabandu ta’ dan it-tip.
Tfittxija li saret fir-residenza tal-persuna li f’Lulju li fit-23 ta’ Lulju li għadda nqabad waqt li pprova jdaħħal 411-il għasfur mejjet mill-Arġentina wasslet biex instabu 575 tip ta’ għasfur differenti, li 236 speċi minnhom huma protetti u allura ġew ikkonfiskati. Dawn l-ispeċi ma jistgħux jiġu importati, b’uħud minnhom huma wkoll protetti bil-Liġi internazzjonali.
Fl-2004, il-persuna involuta fil-każ kienet inqabdet li kellha tmien speċi ta’ għasafar protetti minn 300 għasfur li ġie spezzjonat. Hu kien tressaq quddiem il-Qorti u nstab ħati ta’ pussess illegali. Dakinhar hu kien ingħata multa ta’ €300, filwaqt li kellu l-għasafar ikkonfiskati.
F’dan il-każ, il-piena tista’ tkun aktar qawwija, anke minħabba t-tibdil fil-leġislazzjoni ta’ dawn il-każi. Fost l-oħrajn, il-piena tista’ titla’ sa €10,000 u sa sentejn priġunerija.
//= $special ?>
