Lokali

Aġġornata: Misjub ir-raġel ta’ 37 sena li kien irrappurtat nieqes

Aġġornata l-Ħamis filgħodu:

Fi stqarrija dalgħodu, il-Pulizija qalet li Walker instab matul il-lejl li għadda, għall-ħabta ta’ 12am.

L-Erbgħa:

Martin George Walker (ritratt) ta’ 37 sena, kien irrappurtat nieqes fit-2 ta’ Awwissu li għadda. L-aħħar li deher kien f’bar f’San Pawl il-Baħar. Walker kien liebes qalziet tat-tracksuit blu u qmis bajda bl-isfar. Hu għandu għajnejh kannella u xagħaru sewda.

Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex kulmin għandu xi informazzjoni dwar Martin George Walker, iċempel anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 2122 4001 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.