L-attakkant ta’ Fiorentina Giuseppe Rossi qal li għadu dispjaċut u għadu ma aċċettax il-fatt li tħalla barra mill-iskwadra nazzjonali Taljana li ikkompetiet fit-Tazza tad-Dinja. L-eks kowċ nazzjonali Cesare Prandelli ħalla barra lill-attakkant ta’ 27 sena li kien għadu kemm irkupra minn injury serja f’irkopptu.
Minkejja li tilef ħafna partiti Rossi skurja 16-il gowl fil-kampjonat.
“Hu frustranti l-fatt li ma lgħabtx fit-Tazza tad-Dinja, speċjalment wara kemm ħdimt biex nilħaq nirkupra. L-affarijiet ma marrux kif xtaqt imma l-futbol mhux dejjem itik dak li tkun tixtieq,” qal Rossi.
Rigward l-istaġun li ġej Rossi qal li jemmen se jkun qed jissielet ma’ Carlos Tevez, Gonzalo Higuain u Luca Toni għall-unur tal-aqwa skorer fl-Italja, issa la darba Ciro Immobile ħalla Torino u ingħaqad ma’ Borussia Dortmund.
//= $special ?>