Tifel ta’ erba’ snin li nġieb Malta minn ommu, u dan mingħajr il-kunsens ta’ missieru u li lanqas biss kien jaf b’dak kollu li kien se jsir irid jintbagħat lura lejn ir-Renju Unit fuq ordni tal-Qorti tal-familja.
Mill-provi rriżulta li l-ġenituri tat-tifel, li mhumiex miżżewwġa u l iżda huma konkubini kienu emigraw lejn ir-Renju Unit fis-sena 2012. Il-missier kien beda jaħdem fil-pajjiż filwaqt li l-omm kienet aċċettata biex tibda kors Universitarju fl-istess pajjiż.
Il-koppja kienu temmew ir-relazzjoni ta’ bejniethom iżda baqgħu fir-Renju Unit fejn it-tifel kien ukoll ddaħħal fi skola. Sadanittant fil-perjodu tal-Milied li għadda, l-omm ġiet Malta mingħajr lanqas biss infurmat lil missier it-tifel, li minn naħa tiegħu kien allega li ibnu kien maħtuf mill-pajjiż tar-residenza tiegħu.
Fis-sentenza tagħha l-Imħallef Abigail Lofaro qalet li ma hemm l-ebda dubju li r-residenza abitanti u naturali tat-tifel hija fir-Renju Unit u li l-omm żbaljat meta ġabet lit-tifel Malta mingħajr il-kunsens ta’ missieru.
//= $special ?>
