Żagħżugħ ta’ 27 sena mill-Birgu ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija wara li ma baqax jagħmel kuntatt mal-kumpanija li jaħdem. Jirriżulta li ż-żagħżugħ Brendan Cachia (ritratt), li jaħdem bħala deliveryman, ħareġ fuq xogħolu lbieraħ waranofsinhar iżda sa numru ta’ sigħat wara kien għadu ma qassam l-ebda xirja milli kellu.
Klijenti li kienu qed jistennewh għamlu kuntatt mal-kumpanija biex jistaqsu dwar ix-xirja tagħhom. Meta wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija ikkuntattja lil Cachia, dan wieġbu li jinsab mat-triq għal għand klijenta li toqgħod Birżebbuġa. Ftit tal-ħin wara, il-kumpanija ippruvat tagħmel kuntatt ieħor maż-żagħżugħ, li iżda l-mobile tiegħu rriżulta li kien mitfi.
Hu mifhum li s’issa għadu ma sar l-ebda kuntatt maż-żagħżugħ.
//= $special ?>

