L-IRAQ: Hemm tħassib kbir għad-destin ta’ Qaraqosh, il-belt fl-Iraq bl-akbar popolazzjoni ta’ Insara. Dan wara li din issa spiċċat f’idejn il-militanti Islamiċit al-ISIS.
Residenti tal-belt qed jippruvaw jaħarbu kif jistgħu wara li l-militanti ħadu l-kontroll tal-belt.
Huma ħadu l-kontroll tal-belt wara li għelbu l-ġelleida Kurdi tul zona kbira fit-Tramutnana tal-Iraq. Apparti Qaraqosh, il-militanti rnexxielhom jieħdu l-kontroll ta’ diversi bliet oħra ta’ amdwar fejn hemm popolazzjoni mdaqsa ta’ Insara u eluf ta’ neis qed ikollhom jaħarbu. Il-bliet l-oħra jinkludu Tal Kajf, Bartella u Karamlesh.
F’dawn l-aħħar xhur ta’ offensiva mill-militanti, saħansitra l-Musulmani li ma kienux tal-istess twemmin tagħhom spiċċaw fil-mira ta’ atti vjolenti ta’ tpatija minnhom.
Joseph Thomas, l-arċisqof ta’ Kirkuk u Sulaimaniyah fir-reġjun Kurd, qal li dan kien diżastru kbir u s-sitwazzjoni kienet traġika għall-aħħar. Hu appella lin-Nazzjonijiet Uniti beix tintervjeni immedjatament inkella t-tixrid tad-demm se jiżdied. Hu qal li dak li qed jiġri ma jistgħax ikun deskritt.
Resdienti fit-Tramuntana tal-Iraq, f’kuntatt li għamlu ma’ ġurnalisti qalu li wieħed jista’ jgħid li matul din il-ġimgħa, ir-reġjun kollu spiċċa f’idejn il-militanti. Intqal li fil-każ ta’ Tal Kajf, fejn hemm kommunita Nisranija mdaqsa, din tbattlet min-nies hekk kif daħlu l-militanti Islamiċi.
Hemm ukoll tħassib għall-40,000 persuna li marru jistkennu fuq il-Muntanja Sinjar fi sforz li jaħarbu mill-militanti Islamiċi u jippruvaw jaslu fit-territorju kontrollat mill-Kurdi. Dawn fil-maġġoranza huma mill-fergħa Islamika tal-Yazidi li jitqiesu bħala “dawk li jaduraw ix-xitan” minn xi Sunniti u għalhekk mistmerra mill-ISIS li huma Sunniti.
//= $special ?>

