Lokali

Il-GWU tgħid li l-proposti tal-MEA huma rigressivi

Fl-ewwel reazzjoni tagħha dwar il-proposti li ressqet l-MEA dwar it-tibdil fil-liġi tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali, il-GWU iddikjarat li ma kinitx qed tabel mal-proposti tal-MEA u qalet li dawn huma rigressivi u jimminaw il-ftehim kollettiv.

Fost l-oħrajn il-GWU qalet li jekk ħaddiem ikun iċċertifikat minn tabib li mhux tajjeb għax-xogħol għal perijodu ta’ żmien, dan il-perijodu għandu jibqa’ jgħodd bħala sick leave bi ħlas fi kwalunkwe ċirkostanza.

Min-naħa l-oħra, il-GWU qalet li taqbel li jkun hemm riforma fil-mod kif jingħata r-rikonoxximent trejdunjonistiku. Imma ma taqbilx mal-proposta tal-MEA dwar id-definizzjoni ta’ membru tat-trade union.

Il-GWU qalet li ma taqbilx li l-COLA jkun marbut mal-produttivita` kif qed tipproponi l-MEA.

Dwar ix-shutdown u l-avviż tlett ijiem bil-quddiem dwar azzjoni ta’ strajk, il-GWU qalet li għandu jibqa jgħodd dak li hu stipulat fil-ftehim kollettiv bejn employer u union.

Il-GWU ma taqbilx mal-proposta li l-kumpens mogħti mit-Tribunal Industrijali ma jkunx jeċċedi it-18-il xahar paga,imma t-Tribunal għandu jkun ħieles fid-deċiżjoni tiegħu dwar ħlasijiet ta’ kumpens.
Il-GW

U wissiet lil MEA u lil Gvern biex ma jimbuttawx proposti bħal dawn jekk ma jridux jistiednu inkwiet industrijali. Il-GWU stiedent lil unions l-oħra biex jingħaqdu fi front wieħed u jitkellmu fl-MCESD u fil-forum tat-trade unions li ħolqot il-President ta’ Malta.