IL-VATIKAN: Waqt laqgħa li l-Papa Franġisku kellu ma’ abattin Ġermaniżi, wissihom dwar il-perikli ta’ ċerti ħmerijiet tal-ħajja.
Hu appella biex dawn ma jaħlux wisq ħin bħal chatting fuq l-Internet u s-smartphones jew jaraw ċerti programmi bla sens fuq it-televiżjoni. Dan għaliex dawn kienu qed inaqsu l-attenżjoni mill-affarijiet importanti fil-ħajja.
Hu qal li l-ħajja hi magħmula mill-ħin u l-ħin kien riġal minn Alla. Għalhekk kien importanti qal il-Papa li dan jintuża sew f’azzjonijiet li jħallu l-frott. Hu qal li dawn l-attivitajiet għandhom isservu biex itejjbu l-kwalita tal-ħajja.
Il-Papa kien stqarr li l-Internet kien tajjeb imma dejjem jekk użat bil-għaqal u qal li dan m’għandux jieħu post il-ħbieberija vera u propja fejn wieħed jiltaqa’ ma’ persuna wiċċ imb’wiċċ.
Barraminhekk, il-Papa spiss tkellem dwar il-bżonn li l-bniedem jagħti l-attenżjoni lil dawk l-affarijiet li verament huma importanti fil-ħajja u kif il-flus saru jiddominaw kollox.
//= $special ?>

