It-Taqsima Edukazzjoni, Kultura u Rikreazjoni tal-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) u l-European Union Programme Agency (EUPA) iffirmaw il-Ftehim Kollettiv l-ġdid li jkopri sal-2016. Permezz ta’ dan il-Ftehim, se jkunu qed jitjiebu diversi kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema, fosthom titjib finanzjarju.
Fi stqarrija, il-UĦM qalet li d-diskussjonijiet tal-Ftehim Kolletiv kienu impenjattivi u kien hemm ċirkustanzi fejn it-Taqsima kellha tirrikorri għall-azzjonijiet industrijali, filwaqt li kien hemm l-intervent tad-Direttur tax-Xogħol u tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Sadanittant, it-Tnejn, 28 ta’ Lulju kien hemm żblokk fl-aħħar laqgħa li saret bejn it-Taqsima, is-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni Joseph Caruana u l-PACBU fil-kwistjoni tal-Ftehim Kolletiv tal-EUPA, fejn ġew proposti salarji ġodda u mtejba li kien bazi ta’ Ftehim għall-Union.
Kien għalhekk li f’dan l-istadju l-Unjin iltaqgħet mal-ħaddiema kollha tal-EUPA u spjegat il-proposti l-ġodda li ġew imressqa u qablu mal-proposti li pproponiet il-UĦM.
//= $special ?>

