L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) mistennija tiddikjara Stat ta’ Emerġenza Internazzjonali tas-Saħħa minħabba l-marda tal-Ebola fl-Afrika. Dan hekk kif il-vittmi issa qorbu l-1,000 persuna.
Fi Spanja hemm l-ewwel każ fl-Ewropa wara li nġieb lura Missjunarju Spanjol li spiċċa nfettat fil-Liberja. Min-naħa l-oħra, fl-Għarabja Sawdija hemm stennija għar-riżultati ta’ raġel li miet wara vjaġġ fil-pajjiż u li hu suspettat li kellu l-Ebola.
Sadanittant, fil-Liberja kien dikjarat Stat ta’ Emergenza minħabba din il-marda fatali, filwaqt li fin-Niġerja kienet konfermata l-mewt ta’ infermiera li kienet qed tikkura pazjent li miet biha.
//= $special ?>