Żewġ persuni ma weġġgħux meta l-Ħamis waranofsinhar vettura waqgħet fil-baħar. L-inċident seħħ f’Wied il-Għajn.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li ż-żewġ passiġġiera kienu omm ta’ madwar 50 sena u binha ta’ madwar 16-il sena. Jidher li l-omm provat issuq il-karozza minn fuq il-moll fi Triq is-Salini b’mod li ma tolqotx vettura li kienet qed issakkar il-karozza Peugeut 106.
Sfortunatament il-manuvrar tal-mara wassal biex il-karozza waqgħet il-baħar, madanakollu, iż-żewġ passiġġiera ħarġu mit-twieqi li b’xorti tajba kienu miftuħin.
Iż-żewġ persuni sofrew xokk kawża tal-inċident.
//= $special ?>
