WATERPOLO: Il-Plejer ta’ Valletta United Michael Rizzo rebaħ l-unur tal-BOV Water Polo Plejer tax-Xahar tal-Premier Division għax-Xahar ta’ Lulju filwaqt li Sean Xerri de Caro ta’ Marsaxlokk rebaħ l-istess unur għall-Ewwel Diviżjoni.
B’Valletta jkollhom l-ewwel parteċipazzjoni fl-ogħla livell tal-Waterpolo Malti wara numru ta’ snin, il-fatt li plejer minn tagħhom rebaħ l-ewwel unur individwali tal-istaġun, juri t-titjib kbir li qed isir fl-iskwadra.
Rizzo skorja xejn inqas minn 10 gowls matul ix-xahar ta’ Lulju u għen lill-Valletta jżommu l-bogħod mill-pożizzjoni ta’ relegazzjoni u jassikuraw posthom fil-BOV Premier League biex ikkonsolidaw posthom fl-ogħla livell tal-Waterpolo Malti.
Iż-żagħżugħ Sean Xerri de Caro rebaħ l-ewwel unur personali fil-kampjonati tal-kbar. Il-plejer internazzjonali ta’ taħt id-19 il-sena qed jagħmel isem għalih fl-Ewwel Diviżjoni u jniżżel ismu regolarment fil-lista ta’ gowls ta’ Marsaxlokk.
Il-preżentazzjoni tal-unuri saret minn Stefan Abela mid-dipartiment tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Bank of Valletta fil-preżenza ta’ Joe Caruana Curran, President tal-ASA
//= $special ?>

