WEIGHTLIFTING: Tim ta’ atleti mill-Għaqda Maltija tal-Weightlifting il-ġimgħa d-dieħla se jħalli pajjiżna għal jiem ta’ taħriġ f’Smolyam fil-Bulgarija.
L-atleti Martin Pisani, Ryan Agius, Rodmar Pulis, Kieran Mifsud, Malcolm Camilleri u Owen Bugeja se jkunu assistiti minn Sevi Marinov. Dan ser ikun it-tieni kamp ta’ taħriġ fi spazju ta’ ftit ġimgħat wara li l-istess kowċ Marinov kien hawn Malta jħejji aktar atleti.
Dan it-taħriġ huwa ferm importanti għal dawn l-atleti bi preparazzjoni għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li jibdew minn Settembru. Dan huwa possibli bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-isport u l-kumitat Olimpiku Malti.
//= $special ?>

