Grupp ta’ studenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST li kienu qed jagħmlu Degree fil-Graphic Design and Interactive Media għamlu xogħol ta’ tpinġija fil-mina fit-Terminal Forni tal-passiġġieri tal-cruise liners fil-Valletta Cruise Port. L-istudenti taw interpretazzjoni viżiva tal-espressjoni kulturali f’Malta fil-forma ta’ vjaġġ tul il-mina, li minnha jgħaddu eluf ta’ passiġġieri tal-cruise liners li jaslu f’Malta kull sena.
It-tpinġijiet jimmarkaw is-snin li jwasslu lejn is-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dan ix-xogħol ta’ arti kien inawgurat miċ-Chairman tal-Fondazzjoni V18 Jason Micallef, fil-preżenza tal-Ministru tal-Ġustizzja, il-Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. Preżenti kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port Stephen Xuereb, id-Direttur tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST Stephen Vella u l-Prinċipal tal-MCAST Stephen Cachia.
Attendew ukoll l-istudenti li ħadmu fuq dan il-proġett: Michela Mifsud, Desiree Dimech, Rebecca Barry, Silvio Micallef u Fleur Sciortino. Stephen Xuereb qal li bejn Jannar u Lulju 2014 waslu f’Malta aktar minn 206,000 passiġġier tal-cruise liners. Dan ifisser żieda ta’ kważi 9% fuq l-istess perjodu fl-2013.
//= $special ?>

