Dan l-aħħar fir-ranges tal-isparar Ħal Qormi, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) organizzat l-Isparatura Annwali tat-Timijiet, fejn jikkompetu timijiet ta’ sitt tiraturi mill-Għaqdiet distrettwali fi ħdan l-FKNK.
Din kienet it-22 sena ta’ din il-kompetizzjoni, fejn kull tim spara fuq 50 plattina fuq id-dritta.
Ingħataw tazzi lil kull tiratur għall-ewwel erba’ postijiet tat-timijiet, li ntrebħu miż-Żebbuġ A fl-ewwel post, li ngħataw ukoll ix-shield tal-FKNK. It-timijiet ta’ Pawla, Mellieħa u Mġarr ġew fit-tieni, t-tielet u r-raba’ post rispettivament.
Emmanuel Ciappara (Pawla) temm l-ewwel fost l-individwali. James Vassallo (Pawla) u Emmanuel Bugeja (Żebbuġ A) ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
It-tiraturi kollha li ħadu sehem ingħataw ukoll token sabiħ bħala tifkira tal-okkażjoni. Il-premjijiet tqassmu lir-rebbieħa mill-PRO tal-FKNK Joseph Buttigieg u uffiċjali oħra.
//= $special ?>

