Futbol Sport

Msida St Joseph jassiguraw investiment ġdid

Bidu ta’ era ġdida għal Msida St Joseph, li qed jimmiraw li jirritornaw fil-Kampjonat Premier. Dan hekk kif ilbieraħ il-klabb iffirma kuntratt ġdid ta’ investiment qawwi. Il-kuntratt ġie ffirmat bejn il-Kumitat u Abdelrahman Kurdieh (ritratt), li ġie co-opted ukoll fil-Kumitat tal-klabb.

Abdelrahman hu konsulent mal-kumpanija Sesam Business Consultants, kif ukoll ko-fundatur u President ta’ Al Nisr Football Club. Hu konsulent mill-Palestina, iżda trabba fl-Istati Uniti u fl-aħħar snin għex f’Dubaj. Ilu Malta għal dawn l-aħħar jumejn.

Il-klabb Misidjan mistenni jħabbar din l-aħbar b’mod uffiċjali fil-jiem li ġejjin.