Tal-anqas ħames persuni nqatlu lbieraħ hekk kif il-ġlied reġa’ beda f’Gaza wara li nhar il-Ġimgħa skada waqfien mill-ġlied u l-Ħamas baqa’ jirrifjuta li dan jiġġedded u reġa’ beda l-isparar ta’ rockets lejn Iżrael.
Il-waqfien mill-ġlied kien ilu jkun osservat għal dawn l-aħħar tlett ijiem.
Il-ġlied f’Gaza qed jikkawża wkoll tensjoni fix-Xatt tal-Punent, territorju li hu kontrollat mill-moviment Fatah tal-President Palestinjan Mahmoud Abbas.
Żagħżugħ Palestinjan inqatel waqt konfrontazzjoni ma’ suldati Iżraeljani f’Hebron filwaqt li f’zoni oħra kien hemm protesti vjolenti kontra l-aġir Iżraeljan f’Gaza.
In-Nazzjonijiet Uniti u l-Istati Uniti kkundannaw il-vjolenza li reġgħet bdiet fil-medda ta’ Gaza u ħeġġew iż-żewġ naħat biex itemmu l-ġlied minnufih.
//= $special ?>

