Il-ħsara tal-bieraħ fuq partijiet tan-netwerk tal-fibre ta’ GO bejn il-Mosta u San Pawl il-Baħar kienet ikkawżata minn kuntratturi terzi li kienu qed iwettqu xogħlijiet taħt l-art.
Fi stqarrija GO saħqu li din il-ħsara affettwat xi servizzi tat-telefonija, tal-internet u tal-interactive TV f’partijiet tat-tramuntana ta’ Malta u t’Għawdex.
L-istaff tekniku ta’ GO qiegħed fuq il-post biex titranga din il-ħsara. Hu mistenni li s-servizzi kollha jkunu lura għan-normal mil-lum, is-Sibt 9 t’Awissu 2014.
//= $special ?>