Lokali

Il-Malta Enterprise m’għandha l-ebda presenza barra minn Malta…ħlief fiċ-Cina

Il-Malta Enterprise illum m’għandha l-ebda presenza barra minn Malta,ħlief fiċ-Cina.

Din kien konfermat lill-ġurnal The Times of Malta minn kelliem għall-istess Malta Enterprise, illi ikkonferma li l-ħidma ta’ promozzjoni fost swieq barranin qed titmexxa direttament mill-uffiċċju principali fi Guardamangia.

L-unika eccezzjoni hija waħda, ċ-Cina, fejn hemmhekk dalwaqt se jkun qed jinfetaħ uffiċċju ġdid f’Shangai mill-mara ta’ Konrad Mizzi, Sai Mizzi. L-istess persuna li l-pakkett finanzjarju tagħha qed jiswa lit-taxpayer Malti xejn inqas minn tlettax-il elf ewro fix-xahar, u li ġiet magħżula direttament mingħajr sejha pubblika.

Meta mistoqsi kemm hemm individwi qed jaħdmu għall-Malta Enterprise fuq kuntatti internazzjonali u kemm huma s-salarji tagħhom, il-kelliem tal-aġenzija ma tax dettalji.

Qabel intgħazlet il-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, l-istess xogħol ta’ promozzjoni ghal pajjizna fl-Asja kien f’idejn persuna oħra fiċ-China magħzula wara sejha pubblika.

Il-policy tal-Malta Enterprise dwar kif issir il-promozzjoni u l-kuntatti f’regjuni differenti jidher li inbidlet minn sena ilu ‘l hawn. Sa sena ilu, il-Malta Enterprise kellha presenza f’pajjiżi u bliet differenti bhal Sydney, Washington u Mumbai.