Lokali

Il-Partiti jaqblu li l-vitmi tad-droga m’għandux jkun ikkunsidrati bħala kriminali

Id-dekriminalizazzjoni u l-legalizazzjoni tal-kannabis kien fost is-suġġetti diskussa waqt il-konferenza li l-MZPN organizza b’rabta mar-riforma fil-liġi dwar id-droga.

L-ewwel panel matul il-konferenza ra s-sehem ta’ numru ta’ esperti u persuni nvoluti f’dan il-qasam, fosthom l-avukat kriminali Roberto Montalto, David Caruana mill-grupp ‘Legalise It’, il-kriminologista Sandra Scicluna, Marika Mizzi mill-Caritas u Fr. Franco Fenech mill-grupp ‘Rise’.

L-avukat Robert Montalto spjega li llum il-ġurnata, il-qrati Maltin diga’ jirrikonoxxu ċirkustanzi partikolari u li r-riforma tal-persuna tiġi l-ewwel u qabel kollox, u li l-persuni li jintbgħatu l-ħabs fuq użu ta’ droga, normalment jingħataw dik is-sentenza wara li jkunu tressqu l-Qorti aktar minn darba u l-Maġistrati jew l-Imħallfin ikunu eżawrew kull triq legali oħra.

Fr. Franco Fenech, mill-grupp RISE, li huwa wkoll il-Kappillan tal-ħabs, qal li l-ħabs m’huwiex il-post fejn għandha tingħata l-għajnuna u ma tista’ qatt tkun ‘faċilita’ korrettiva’ meta fih hemm madwar sitt mitt persuna b’etajiet, kulturi u reati differenti.

David Caruana mill-grupp ‘Legalise It’ saħaq li l-grupp li jirrappreżenta jemmen li l-kannabis għandha tkun legalizzata, mhux għax ma tagħmilx ħsara iżda għax tagħmel anqas ħsara minn sustanzi oħrajn, inkluż l-alkohol. Hu sostna li bil-legalizazzjoni tal-kannabis xorta waħda se jkun hemm lok għall-abbuż kif hemm lok għall-abbuż bl-użu tas-sigaretti u l-alkohol, madanakollu l-kannabis ma fihijiex elementi li jistgħu iwasslu għall-kancer filwaqt li kkwota studju tal-Professur Ingliz David Nutt.

Dan l-argument kien ribattut minn Marika Mizzi, mill-Caritas ħin fil-mija aktar minn tabakk normali, filwaqt li saħqet li l-kannabis tikkawża problemi ta’ sahha mentali, psikologici u fiżjoloġiċi.

Waqt il-konferenza tkellmu wkoll numru ta’ persuni li għaddew minn esperjenzi ta’ użu ta’ droga, fejn qalu li l-abbuż tad-droga beda minn ‘joint’.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni ghall-edukazzjoni Joe Cassar tkellem ukoll waqt il-konferenza fil-kapaċita’ tiegħu ta’ pskijatra fejn saħaq li jkun żball jekk wieħed jitkellem fuq kull droga u jgħid jekk tagħmilx ħsara jew le, għaliex bl-istess argument wieħed jista’ jsemmi għaliex drogi oħrajn bħall-eroina jista’ jkollha effetti tajbin. Joe Cassar saħaq li l-problema prinċipali hija dik ta’ kultura li qed tikber ta’ droga filwaqt li sostna li vittmi tad-droga m’ghandhomx ikunu kkunsidrati bhala imhuh kriminali f’ghajnejn il-ligi.

Il-konferenza ttellgħet bħala parti minn proċess ta’ konsultazzjoni li l-MZPN qed twettaq dwar din ir-riforma.