Lokali

Inizjattiva li tħares l-ambjent

Negozjant ta’ tmien ħwienet f’seba’ lokalitajiet f’Malta ġietu l-idea li jrawwem iżjed kuxjenza ambjentali fost il-klijenti tiegħu.

Daniel Coppini, li jħaddem ħwienet tal-confectionery f’żewġt iħwienet f’Tas-Sliema u oħrajn fin-Naxxar, fil-Ħamrun, f’Marsaskala, f’Birżebbuġia, f’San Gwann u f’Ħal Għargħur, fisser l-iskema li għadu kif nieda għal ħwienet żgħar.

Hu qed jistieden lill-klijenti tiegħu biex jixtru prodotti li magħhom għandhom abbinati l-punti u wara li jirritornaw il-vojt, jiġifieri bħal il-karti tal-ħobz jew il-plastik ta’ xi pakkett ilma, jakkwistaw punti fuq loyalty card jew jiksbu rigali oħrajn.

Daniel Coppini spjega l-kunċett wara l-idea tiegħu, addattata għal ħwienet żgħar, f’wieħed mill-ħwienet tiegħu fin-Naxxar.

Daniel Coppini ilu f’dan in-negozju għal dawn l-aħħar ħames snin u, sena wara oħra, jiġi b’inizjattivi li mhux biss jigbed aktar klijenti izda joħloq ukoll sens ċiviku fil-komunita’.