Is-sewwieq tal-McLaren Jenson Button ċaħad l-ispekulazzjonijiet u qal li l-għan tiegħu hu li jibqa’ mat-tim. Button, li għandu 34 sena qal li qed jittama li jiffirma kuntratt ġdid li jorbtu mat-tim sal-2015. “Ikun hemm ġranet fejn kollox jiġik ħażin u tibda taħseb biex tirtira imma jkun hemm ġranet fejn tmur tajjeb u malajr terġa’ tibda taħsiba b’mod ieħor. Dan l-isport joffrilek emozzjonijiet kbar u nixtieq nibqa’ nikkompeti għal ħafna snin oħra, anke jekk nammetti, qiegħed nikber u jrid jasal żmien fejn kontra qalbi ikolli nirtira,” qal Button. Attwalment Button qiegħed fit-tmien post tal-klassifika tas-sewwieqa b’60 punt.
//= $special ?>Jenson Button irid jibqa’ mal-McLaren
