Internazzjonali

Każ suspettat tal-Ebola fil-Kanada

Persuna li reċentament kienet in-Niġerja, tpoġġiet f’iżolament fi sptar f’Ontario minħabba suspetti li tista’ tkun infettata bil-virus tal-Ebola.

Il-pass ittieħed bħala prekawzjoni peress li kellu sintomi li huma simili għal dawk tal-Ebola – virus li s’issa m’hemmx kura għalih u li joqtol il-maġġroanza tan-nies li jinfetta.

Apparti minn hekk hemm 1,779 persuna infettata.
Uffiċjali Kanadiżi saħqu li dak li qed isir hu bħala prekawzjoni u qed jistennew l-analiżi biex ikun konfermat jekk din għandha jew m’għandhiex l-Ebola.

Sadattant żewġ ħaddiema umanitarji Amerikani li qed jingħataw kura f’pajjiżhom wara li spiċċaw infettati fil-Liberja, qed juru sinjali ta’ titjib. Dan wara li qed jingħataw kura fi sptar speċjalizzat f’Atlanta.

L-Istati Uniti se tibgħat 50 espert lejn il-Punent tal-Afrika biex jgħinu fil-ħidma ta’ emerġenza hemmhekk. Meta Margaret Chan, id-direttur tal-WHO, iddikjarat l-emerġenza, hi qalet li l-pajjiżi Afrikani fejn feġġet l-Ebola ma kellhomx il-kapaċità jikkonfrontaw il-marda waħedhom.