Tittella’ b’suċess konferenza mill-MZPN dwar ir-riforma tal-liġi fid-droga
Id-droga hi ħażina, u allura l-impenn tagħna għandu jkun fuq azzjoni kontra t-traffikkar tad-droga filwaqt li l-vittmi tad-droga jingħataw l-opportunitajiet mehtiega biex joħorgu mill-viżżju tal-użu tad-droga.
Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’diskors li bih ġab fi tmiemha konferenza organizzata mill-Moviment żgħażagħ Partit Nazzjonalista li matulha ġiet diskussa r-riforma fil-liġi tad-droga.
Simon Busuttil qal li l-proċess ta’ riforma beda meta matul l-amministrazzjoni preċedenti, il-Kabinett kien qabel fuq proposta li kienet immirata lejn il-vittmi tad-droga, bil-għan li dawn jingħataw l-opportunita’ li joħorgu mill-vizzju tad-droga – proposta li qed tiġi diskussa llum il-ġurnata wkoll.
Matul il-konferenza tkellmu wkoll numru t’esperti fil-qasam, fosthom Roberto Montalto, avukat fil-qasam kriminali; Marica Mizzi mill-Caritas, David Caruana f’isem il-grupp ‘Legalise It’, Fr. Franco Feneċh mill-grupp RISE u Sandra Sċiċluna, Kriminologista.
Aktar tard il-panel tad-diskussjoni nbidel biex imbgħad laqa’ lil numru ta’ politiċi, fosthom is-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudio Grech, il-Ministru tal-Gustizzja Owen Bonniċi, l-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia, u l-Kelliem għall-Alternattiva Demokratika ċarmel ċaċopardo.
Waqt il-konferenza pparteċipaw ukoll numru ta’ persuni li attendew fid-Dar Ċentrali tal-PN, kif ukoll persuni li għaddew minn esperjenżi tad-droga.
//= $special ?>