Il-pulizija qed jindagaw fuq numru ta’ persuni li qed iduru bieb bieb f’diversi lokalitajiet jittalbu l-flus jew oġġetti oħra. Dan għaliex numru ta’ persuni rrapurtaw li għandhom suspett li dawn in-nies qed jużaw l-iskuża li jittalbu biex jakkwistaw informazzjoni fuq ir-residenzi differenti u jisirqu minnhom fil-futur.
Dan ir-ritratt ittieħed minn raġel mis-Swieqi li waqt li kien fil-gallarija nnota lil din il-mara tħares b’mod suspettuż lejn diversi djar kif ukoll idoqq il-qniepen.
Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li din l-istess persuna qed iddur diversi lokalitajiet u ssaqsi lil sidien tad-djar biex ituha xi ħaġa tal-flus. L-istess persuna dehret f’diversi lokalitajiet fosthom Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi u tal-Ibraġġ.
Ritratt ieħor ittieħed minn persuna oħra f’Ħ’Attard u juri mara flimkien ma’ żewġt’itfal isaqsu għall-flus. Din il-mara, flimkien ma’ nisa oħra, qed iħabbtu l-bibien tan-nies biex jitolbu l-flus. Dawn in-nisa, li x’aktar huma Rumeni, qed iduru bosta lokalitatjiet fosthom Ħal-Luqa, is-Swieqi, Tas-Sliema u Ħ’Attard.
Persuni li tkellmu ma dan is-sit qalu raw lil dawn in-nisa jħarsu fid-djar tan-nies waqt li jħabbtu l-bibieb u jitolbu l-flus.
Intant, f’diversi lokalitajiet xi nies raw irġiel iħażżu sinjali bil-lapes mal-intercom.
S’issa mhux magħruf jekk in-nisa humiex relatati mal-irġiel barranin li allegament qed iwettqu s-serq f’diversi lokalitajiet.
Il-Pulizija qed javżaw li jekk xi persuni jaraw xi moviment suspettuż jew marki mal-intercom għandhom jagħmlu rapport f’għassa tal-Pulizija mill-iktar fis possibbli.
//= $special ?>