Lokali

Żewġ persuni mejta fl-ibħra Maltin

Żewġ persuni nstabu mejta f’lokalitajiet differenti fl-ibħra Maltin aktar kmieni dalgħodu.

Raġel ta’ 53 sena ta’ nazzjonalita Maltija minn Birżebbuġa instab mejjet f’ Birżebbuga stess għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħodu. Għalkemm fuq il-katavru ma nstabu l-ebda sinjali ta’ vjolenza mhux eskluż li seta’ sab ruħu f’diffikluta’ waqt li kien qed jgħum. Fil-jiem li ġejjin se ssir awtopsja fuq il-katavru, biex tkun determinata l-kawża tal-mewt.

Għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu għaddas irrapporta li ra katavru fil-baħar fl-inħawi ta’ Dingli Cliffs. Fuq l-post ntbagħtet patrol-boat tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-katavru nstab għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar.