The Fgura Food Madness Festival ser jittella’ nhar is-Sibt 23 ta’ Awwissu 2014 mis-7.30pm ‘il quddiem ġewwa Pjazza Reggie Miller li tinsab eżattament wara l-Knisja Parrokkjali tal-Fgura.
Din l-attività hija maħsuba għall-familja kollha u nies ta’ kull età, b’diversi temi u attrazzjonijiet. Fuq l-istage prinċipali ħa jkun hemm show b’diversi personaġġi popolari fosthom Claudia Faniello, Renato u Freddie Portelli bi preżentazzjoni ta’ Angie Laus u Joseph Chetcuti. Fuq it-tieni stage ħa jkun qed jiġi mtella’ programm ta’ żfin u kant ieħor. Ma jonqosx l-ikel tradizzjonali Amerikan bħal “Jumbo Hotdogs”, “Gigantic Chicken Legs” u ħafna aktar, kif ukoll il-mejda tal-ħelu.
Il-qofol ta’ dan il-festival ser tkun kompetizzjoni tal-ikel. Din ser tkun tikkonsisti f’kompetizzjoni ta’ min ser jirnexxilu jiekol l-akbar ‘Burger’ fl-inqas ħin possibbli.
Aktar attrazzjonijiet ser ikunu ‘Children’s Area’, Face Painting, Balloon Making u ħafna aktar.
//= $special ?>

