Lokali

Fil-veru sens tal-kelma….is-Sinjura Sai Mizzi!

Minkejja li l-gvern ipprova jagħti l-impressjoni li s-Sinjura Sai Mizzi, qed titħallas fl-istess livell li kienu jitħallsu rappreżentanti oħra Maltin assenjati barra minn Malta, il-fatti li qed ikunu żvelati qed juru xort’oħra.

Dan għall-fatt, li l-ġazzetta The Sunday Times, issa tiżvela li Sai Mizzi għandha benefiċċji finanzjarji ferm iktar milli kellu l-predeċesur tagħha, Paul Cardona.

Dwar il-ħatra tas-Sinjura Mizzi l-Prim Ministru jsostni li din kienet maħtura fuq il-merti u l-kapaċitajiet li għandha u mhux għax hi l-mara tal-Mnistru Konrad Mizzi.

Iċ-ċifri dwar kif Sai Mizzi qed ktun aġevolata b’benefiċċji jitkellmu weħidhom… il-predeċesur tagħha kien jaqla 30 elf ewro fis-sena bil-possibilta’ li jitilgħu sa 45 elf jekk jattira investiment. Min-naħa l-oħra, is-Sinjura Mizzi taqla’ 156,000 ewro fis-sena mingħajr kundizzjonijiet dwar kemm iġġib investiment lejn Malta.

Fuq tliet snin id-differenza favur is-Sinjura Mizzi tidher iktar…hi se ddahhal 479,000 Ewro waqt li r-rappreżentant li kien hemm qabilha daħħal ferm inqas….136,500 Ewro.

Għal min, bħall-ħaddiema, jitħallas u jikkalkola l-paga u d-dħul kull xahar…. is-Sinjura Mizzi se ddaħħal total ta’ 13,326 Ewro. Ir-rappreżentant tli kien hemm qbailha kien idaħħal 3,700 Ewro fix-xahar.

Interessanti l-allowances li għandha is-Sinjura Sai Mizzi.

Fuq 39,700 Ewro s-Sinjura Mizzi mhux se tħallas taxxa waqt li għandha allowance ta’ 2,800 Ewro biex tissettlja fil-post u 3,200 Ewro bħala allowance ta’ rappreżentazzjoni.

Sa Mizzi se titħallas ukoll 2,900 Ewro bħala allowance għat-tfal, 18,700 Ewro għall-edukazzjoni, 10,000 Ewro għat-titjiriet bl-ajru, 36,000 Ewro għar-residenza u 10,000 Ewro għall-karrozza u l-fuel.

Ma’ dawn is-Sinjura Mizzi għandha wkoll allowance għall-ilbies, għad-dentist, għat-telefonati u għall-kura medika.

Minn dawn il-benefiċċji kollha r-rappreżentant li kien hemm qabilha Paul Cardona ma kellu xejn ħlief allowance ta’ 15,000 Ewro bħala inċentiv u 500 Ewro għar-residenza. L-allowance marbut mal-inċentiv u ma’ kemm jirnexxielu jikseb ir-rappreżentat Paul Cardona mhux imdaħħal fil-kuntratt ta’ Sai Mizzi.

Dan ifisser li l-allowances li qed tieħu Sai Mizzi m’humiex marbuta ma’ kemm jirnexxielha twettaq u tikseb iżda toħodhom anki jekk ma tattira l-ebda investiment lejn Malta.

Id-differenza bejn id-dħul ta’ Sai Mizzi u tar-rappreżentant ta’ qabilha hi ovvvja u ċara…u tindika r-raġunijiet għaliex il-Gvern dam xhur sħaħ biex ta dettalji dwar il-kuntratt ta’ Sai Mizzi