Stqarrija mill-għaqda ‘Żminijietna – Leħen ix-Xellug’ appellat lill-gvern sabiex jassigura li r-riġenerazzjoni ta’ White Rocks ma’ jċaħħadx lill-pubbliku minn spazji miftuħa. L-istqarrija saħqet li sfortunatament il-Gvern qed jmur għal darb’oħra għal proġett ta’ żvilupp li jikkonsisti esklussivament f’bini ta’ djar lussużi u vilel, meta terz tal-propjetajiet f’Malta huma vojta, u meta l-universitalità fl-access għall-ispazji miftuħa huwa nieqes. L-aktar li se jibbenefikaw minn dan l-iżvilupp huma l-kummerċjanti l-kbar saħqet l-għaqda xellugija.
“Filwaqt li naqblu li wasal iż-żmien li ż-żona ta’ ‘White Rocks’ tiġi żviluppata, nappellaw il-Gvern biex ma japprovax l-ebda proġett ta’ żvilupp li jwassal għall- privatizzazzjoni ta’ żona, fejn l-aċċess pubbliku jiġi mċaħħad. Barra minn hekk, il-Gvern għandu jassigura li l-proġett ta’ ‘White Rocks’ jagħmel użu ta’ sorsi ta’ enerġija sostenibbli. Kull forma ta’ żvilupp fuq art xagħri m’għandhiex tiġi aċċettata. L-art agrikola u l-ambjent naturali għandhom jiġu lkoll protetti, u mhux ikkummerċjalizzati għall-iżvilupp” temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>

