Matul tmiem din il-ġimgħa l-Kunsill Nazzjonalin taż-Żgħażagħ organizza l-live in annwali għal parteċipanti tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ li jsir f’Settembru. Live in li din is-sena sar f’Villa Psaigon f’Ħad Dingli.
Matul il-live in l-parteċipanti kellhom bosta workshops dwar temi li jolqtu liż-żgħażagħ u laqgħat fosthom anke mal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u mal-kelliem tal-oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Joe Cassar. Huma kellhom laqgħat ukoll ma’ rappreżentanti ta’ bosta għaqdiet taż-żgħażagħ.
Fost it-temi l-aktar diskussi kien hemm it-turiżmu, l-Commonwealth u ż-żgħażagħ, l-burokrazija, l-abbuż tad-droga u l-ambjent u l-klima.
//= $special ?>

