38 persuna tilfu ħajjithom meta ajruplan żgħir tal-passiġieri tat-tip Iran-140 ħabat fil-punent tal-kapitali ta’ l-Iran, Tehran. L-ajruplan kien fi triqtu lejn il-belt ta’ Tabas meta ħabat f’żona qrib l-ajruport ta’ Mehrabad. Il-ħabta seħħet filgħodu, ftit wara t-tluq ta’ l-ajruplan.
Skond rapporti fil-media Iranjana fost il-mejta hemm ħames tfal. Tmienja fost il-mejta kienu membri ta’ l-ekwipaġġ. L-aħħar rapporti jindikaw li b’kollox l-ajruplan kellu fuqu 48 persuna biex b’hekk jidher li 10 salvaw minn dan l-inċident.
Inċident ta’ l-ajru fl-Iran huma komuni u fl-aħħar 25 sena kien hemm aktar minn 200 inċident li nvolva ajruplani Iranjani. Inċidenti li wasslu għal mewt ta’ aktar minn elfejn ruħ. Ħafna mill-ajruplani Iranjani kienu mixtrija qabel ir-Revoluzzjoni Iżlamika ta’ l-1979.
//= $special ?>

